Anzjana ta’ 72 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax fi Triq Fleur De Lys, Birkirkara.Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Birkirkara stess sfat m ilquta minn vettura tat-tip Toyota Townace. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti n-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza mill-Isptar Mater Dei sabiex tassisti lill-vittma. Hija ttieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn għada kemm ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Y. Micallef Stafrace LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija d war dan l-inċident għadhom għaddejjin.