Anzjana ta’ 78 sena miż-Żejtun tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun, intlaqtet minn Toyota Hi-Ace misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.