Anzjana ta’ 70 sena tinsab fil-periklu, filwaqt li anzjan ta’ 76 sena ddaħħal l-isptar wara nirien f’darhom fl-Imqabba.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:45am fi Triq il-Karmnu, l-Imqabba.
Fuq il-post apparti pulizija, marru wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien u anki tim mediku.
Konsegwenza tal-ħruq, żewġ vetturi li kienu pparkjati quddiem ir-residenza sofrew xi ħsarat.
L-anzjan u l-anzjana ttieħdu l-isptar kawża tad-duħħan li belgħu.
Filwaqt li l-anzjana ġiet iċċertifikata f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Yana Micallef Stafrace u nfetħet inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.