Anzjana ta’ 63 sena minn Raħal Ġdid tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofriet xi ħruq kawża ta’ nirien f’darha.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u għaxra fi Triq Ninu Cremona f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post kien hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll it-tim mediku fejn ħadu lill-anzjana l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard l-anzjana ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
B’rabta ma dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat C. Farruġia fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.