Anzjana ta’ 81 sena waqgħet it-taraġ tad-dar tagħha u sofriet ġrieħi ta’ natura gravi iżda. Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna mill-ġirien tagħha sakemm waslet ambulanza fuq il-post u ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura.Il-każ seħħ f’residenza fi Triq Nicolò Isouard, Tas-Sliema.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.