3 persuni ddaħħlu l-isptar Mater Dei wara li sofrew xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ tmienja u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp bejn karozza tal-għamla Smart u oħra tal-għamla Skoda.
Jirriżulta, li l-karozzi kienu qed jinstaqu minn anzjan ta’ 63 sena li joqgħod l-Imsida, u minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birkirkara.
Fl-inċident intlaqtu wkoll żewġt irġiel li kienu fit-triq, wieħed ta’ 57 sena u ieħor ta’ 54 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza.
L-anzjan u ż-żewġt irġiel li kienu fit-triq ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura peress li ġarrbu xi ġrieħi.
Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-persuni l-oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.