Anzjan ta’ 97 sena miet waqt li kien infettat bil-Coronavirus.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li għadu kemm ġie infurmat, li l-anzjan li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech, miet.
Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv l-għada.
Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech, matul il-lejl.
Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, il-Gvern appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Dan l-anzjan huwa s-seba’ persuna li miet wara li kien infettat bil-Coronavirus.