Anzjan ta’ 91 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ tad-dar fejn jgħix.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax fi Triq San Filippu fil-Birgu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.