Anzjan ta’ 90 sena li kellu kundizzjonijiet ta’ saħħ ulterjuri miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-7 ta’ Settembru meta mbagħad ġie trasferit fl-Isptar St Thomas fid-19 ta’ Settembru u trasferit lura l-Isptar Mater Dei ilbieraħ, 23 ta’ Settembru, fejn miet aktar kmieni llum.
L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li bagħat il-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.