Anzjan ta’ 90 sena minn Santa Luċija weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.10 fi Triq Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan March misjuqa mill-anzjan, u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mis-Swieqi.
L-anzjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
