Anzjan ta’ 90 sena minn Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-karozza tal-għamla Chevrolet Matiz, li kien qed isuq ma’ xarabank li kienet misjuqa minn Filippin ta’ 49 sena li joqgħod il-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.