Raġel ta’ 89 sena residenti n-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena mill-Mosta. Hu ngħata l-Ewwel Għajnuna minn tim mediku li wasal fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-aċċident seħħ fi Pjazza Vittorja fin-Naxxar għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħodu l-Ħamis.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, waqt li nħatret inkjesta maġisterjali.