Raġel ta’ 87 sena mix-Xewkija ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li spara tir b’arma tan-nar u kkaġuna feriti ħfief fuq persuna bil-għan li jitfa’ l-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu waqt argument bejn żewġt irġiel f’Għawdex.
Ġie mixli wkoll li kien fil-pussess ta’ arma mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Għawdxija.
Huwa kien indarab wara li r-raġel l-ieħor tah daqqiet bl-arma tan-nar li allegatament l-anzjan spara biha.