Anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix u miet aktar kmieni llum.
Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.