Anzjan ta’ 86 sena bi problemi ulterjuri miet waqt li kien pożittiv bil-COVID-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu. Kif inhi proċedura għal kull admission fl-isptar, ir-raġel ġie sottopost għal swab test fejn instab li kien pożittiv. Wara beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Huwa kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.
https://www.one.com.mt/2020/08/30/69-persuna-ohra-jfiqu-mill-coronavirus-u-feggew-15-il-kaz-gdid/