Dalgħodu għall-ħabta tas-1.30 saret serqa minn residenza fi Triq il-Blata, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ persuni daħħlu fir-residenza, waqt li ġewwa kien hemm anzjan ta’ 86 sena.
Il-vittma allega li l-persuni kienu mgħammda u wieħed minnhom kellu ukoll x’aktarx arma tan-nar f’idu. Dan ta’ l-aħħar beda jżomm lill-anzjan sabiex ma jiċċaqlaqx, filwaqt li l-persuna l-oħra bdiet tqalleb fid-dar. Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
L-anzjan ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.