Anzjan ta’ 85 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-virus fis-26 ta’ Awwissu, u ddaħħal l-isptar fl-1 ta’ Settembru meta l-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għall-agħar. Huwa miet kmieni s-Sibt filgħodu fit-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa għadda l-kondoljanzi l-qraba tal-anzjan u reġa’ tenna l-appell tiegħu lill-pubbliku biex isegwi l-istruzzjonijeit kollha tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.