Anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal fit-Taqsima għall-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.
L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.