Anzjan ta’ 84 sena minn Ħal Għaxaq, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-vann tal-għamla Peugeot Partner, li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo ħajt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu, fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iżjed kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.