Anzjan ta’ 83 sena mill-Fgura ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Ħamrun.
L-inċident seħħa għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu fi Triq San Tumas il-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.