Anzjan ta’ 83 sena li kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19, dakinhar li ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan filwaq li appella lill-poplu biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.