Anzjan ta’ 82 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Settembru. Waqt li kien qed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei sarulu diversi testijiet li kollha taw riżultat fin-negattiv. Minħabba li kellu sintomi marbuta mal-Covid-19, reġa’ sar test ieħor wara li l-anzjan miet, li rriżulta pożittiv.
L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.