Raġel ta’ 82 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa milqut minn vettura fil-Mosta.L-inċident seħħ fis-sitta u nofs tat-Tnejn filgħodu fi Triq id-Dawr, meta għal xi raġuni, l-anzjan intlaqat minn vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena mir-Rabat.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, u iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.