Anzjan ta’ 80 sena min-Naxxar indarab gravi wara li ħabat bil-vann tal-għamla Mitsubishi li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Opel li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 24 sena mis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira, f’Ta’ Qali.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Kreditu: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta