Anzjan ta’ 79 sena minn San Ġiljan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Volkswagen Up misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:20 ta’ filgħodu f’Telgħet Birkirkara. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.