Anzjan ta’ 79 sena mill-Birgu jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 37 mill-Kalkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00 ta’ filgħodu fit-Triq Santa Tereża f’Bormla.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li ordnat li ssir inkjesta
u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.