Anzjan ta’ 77 sena miet ilbieraħ waqt li kien pożittiv bil-COVID-19. Huwa kien ikkonfermat pożittiv fit-13 ta’ Ottubru u baqa’ jingħata kura fir-residenza tal-anzjani fejn kien jgħix.
L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika, u l-użu tal-maskra kullimkien.