Anzjan ta’ 76 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.