Anzjan ta’ 76 sena li jgħix l-Imqabba nstab mejjet f’ġiebja vojta, fonda madwar sular, wara li x’aktarx waqa’.
Kien għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ dalgħodu, meta l-Pulizija kienet mitluba tassisti f’għalqa li tinsab fil-limiti ta’ Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.
Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Sfortunatament l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali, waqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni fuq il-każ.