Anzjan ta’ 76 sena mill-Qala ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontra tal-karozza tal-għamla Hyundai, li kien qed isuq, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo ħajt.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. fi Triq Nazzarenu f’Tas-Sliema.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.