Anzjan ta’ 75 sena miet aktar kmieni llum waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li l-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum, fejn miet ftit wara.
Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.