Ġużeppi Magri ta’ 75 sena minn Birżebbuġa intbagħat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tlettax-il sena.
Il-każ imur lura għall-elfejn u erbgħa meta t-tifla bdiet taħdem mal-akkużat wara li missier il-vittma kellu propjetà li williha lill-akkużat.
Fil-Qorti ħareġ kif għal tliet snin sħaħ ir-raġel abbużża sesswalment mit-tifla.
Intqal ukoll li meta t-tfajla għalqet sittax-il sena l-anzjan beda jkun aktar possessiv fuqha, hekk kif dan beda jiġborha mill-iskola u joqgħod isawwatha għax skont hu kellha x’taqsam ma’ xufier tal-vann tal-iskola.
Meta t-tifla għalqet tmintax-il sena, l-akkużat xtralha mowabajl sabiex tkun tista’ tibgħatlu ritratti ta’ fejn tkun. F’okkażżjonijiet differenti l-anzjan kien isawwat b’mod gravi lit-tifla, hekk kif diversi drabi kellha bżonn interventi mediċi, fosthom punti m’għajnejja u intervent fi snienha.
Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-anzjan kien ineżżalha l-ħwejjeġ u joqgħod isawwatha b’ċintorin għax dejjem kien jaħseb li qed tmur ma’ rġiel oħra.
F’okkażjoni differenti, meta l-vittma marret tagħmel xirja lil ommha, l-akkużat innotaha tkellem raġel ieħor. Dak il-lejl stess ħadha fuq l-irdumijiet ta’ Ħad Dingli fejn beda jtiha daqqiet ta’ ponn, qatalha saqajha b’sikkina żgħira u heddidha li ser jitfaha għal isfel.
Intqal li kien hawn li t-tifla marret għand it-tabib tal-familja u fetħet qalbha dwar dawn l-abbużi. It-tabib informa lil missier it-tifla li ħadha immedjatament għand il-pulizija.
Fil-Qorti, ppreseduta mill-Maġistat Ian Farrugia, ntqal li missier il-vittma tajjar lill-akkużat.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, Magri weħel multa ta’ elfejn ewro.