Raġel ta’ 75 sena kien l-aħħar bniedem li tilef ħajtu wara l-attakk terroristiku f’Londra li seħħ nhar l-Erbgħa. It-tliet persuni li jidhru fir-ritratt huma t-tlieta l-oħra li nqatlu. L-anzjan miet ilbieraħ filgħaxija kawża ta’ ġrieħi kkaġunati waqt l-attakk terroristiku, li issa ħadu responsabiltà tieħu l-Istat Iżlamiku.
Tliet nisa u ħamest’irġiel kienu arrestati f’Londra u Birmingham fuq suspett li ħejjew għal atti terroristiċi. Il-Pulizija qed tifttax numru ta’ inidirizzi u persuni oħra.