Anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Dan ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Diċembru 2020. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni.