Anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.