Anzjan ta’ 74 sena ingħata sentenza ta’ 10 snin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 13-il sena li kien qed fdat fil-kustodja tiegħu. Dan il-każ seħħ fl-1 ta’ Settembru li għadda.
L-akkużat, Michael Charles Muscat, kien akkużat ukoll li pproduċa materjal indiċenti u qasmu ma’ persuna li għadha taħt l-età. Jidher li Muscat kien instab ħati ta’ reati simili fil-passat.
Il-Qorti qalet li m’hemm ebda skuża għal każ bħal dan, fejn l-innoċenza ta’ minuri tiġi sfreġjata minn min kien fdat bit-trobbija.
Minbarra li kkundannatu għal 10 snin ħabs, il-Qorti ordnat ukoll li isem l-akkużat jitniżżel fir-reġistru tal-pedofeli u jingħata għajnuna psikoloġika, u li jkunu konfiskati t-tpinġijiet ‘xejn artistiċi’ li ġew ippreżentati bħala provi.
Il-vittma tpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin. Il-Qorti ordnat biex ismu ma jixxandarx.