Anzjan ta’ 73 sena, residenti l-Imqabba, jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Ħaż-
Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda CBR misjuq mir-raġel u Kia Ceed misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.