Raġel ta’ 73 sena intbagħat ħames snin ħabs wara li wieġeb ħati li pproduċa u ċċirkola ritratti indiċenti ta’ tfal.
Anthony Pandolfino kien akkużat li uża l-kompjuter biex jakkwista materjal mhux diċenti ta’ persuni taħt l-età. Fl-awla l-prosekuzzjoni esebixxiet hard disks, cameras u affarijiet elettronċi li jappartjenu għall-akkużat kif ukoll qalet li nstabu ammont kbir ta’ ritratti indiċenti. Fl-istess waqt li l-Pulizija għada qed tispezzjona l-materjal biex tara jekk fost dawk ir-ritratti hemmx tfal Maltin.
Il-prosekuzzjoni nnutat li l-istess akkużat kien intbagħat għaxar snin ħabs fuq akkużi simili. Filfatt lura fl-elfejn u sitta hu flimkien ma ħuh kien akkużati li allegatament stupraw żewġ subien. Intqal li Pandolfino kien iqassam il-materjal ma’ persuni b’interess simili. Il-qorti laqgħet it-talba tad-difiża, dik li l-imputat jintbagħat l-isptar Monte Carmeli sakemm jirkupra minn operazzjoni li se jagħmel.
Il-qorti qablet mad-difiża li isem Pandolfino għandu jitpoġġa fir-reġistru ta’ persuni misjuba ħatja ta’ aggressjoni sesswali. Pandolfino kien ordnat iħallas multa ta’ tliet t’elef ewro u intbagħat biex jngħata l-kura. Ma kien hemm ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.