Anzjan Ingliż ta’ 72 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova joqtol anzjan ieħor f’San Pawl il-Baħar.
John Oliver Kane tressaq il-Qorti akkużat li pprova joqtol anzjan ta’ 75 sena wara li seħħ argument bejn tliet persuni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm anzjan mixħut fl-art bi ġrieħi – liema kundizzjoni hu nstab li kien aktar tard, fil-periklu tal-mewt.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fejn ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.