Anzjan ta’ 72 sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn vettura proprju fil-ħin li kien se jidħol fil-karozza tiegħu.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar meta karozza tat-tip KIA misjuqa minn żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Bormla laqat anzjan ta’ tnejn u sebgħin sena mis-Swieqi li kien dieħel fil-karozza tiegħu.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-anzjan l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.