Anzjan ta’ 72 sena mill-Ħamrun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 ta’ dalgħodu fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 43 sena mill-Afrika t’Isfel u li joqgħod in-Naxxar u mutur tat-tip Kawasaki, li kien qed jinstaq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.