Anzjan ta’ 71 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ il-Ħamis fis-7:15 ta’ filgħaxija fi Triq Għajn Kajjet ir-Rabat.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-pulizija li marru fuq il-post, irriżulta li l-anzjan tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Subaru li kien qed isuq, bil-konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.
Is-sewwieq ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u aktar tard ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.