Anzjan ta’ 71 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Settembru. Għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-Covid-19, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19.
L-anzjan, li kellu kundizzjonjiet ta’ saħħa ulterjuri, miet l-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.