Kowċ tal-futbol tal-bniet ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-25 ta’ Ottubru kien tressaq il-Qorti akkużat li kien ta fastidju sesswali lil tifla ta’ 15-il sena.
Ir-raġel ta’ 70 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-imputat, li fis-snin sebgħin kellu każ simili, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest wara li qieset il-fatt li x-xhieda kollha xehdu.
Fil-Qorti, l-Ispettur John Spiteri kien qal li t-tifla kellha bżonn għajnuna psikjatrika wara li wriet tendenzi suwiċidali wara l-allegat abbuż.