Anzjan ta’ 70 sena li kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri miet aktar kmieni llum waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Hu kien qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li kien ikkonfermat fil-pożittiv għall-virus fid-29 ta’ Settemrbu.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.