Anzjan ta’ sebgħin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart tas-Sibt filgħodu fi Triq Fredrick Borg, fl-Iklin.
Minn stħarriġ preliminari tal-pulizija rriżulta li raġel waqa’ minn fuq is-sellum fid-dar tiegħu stess.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet informata b’dan il-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.