Raġel ta’ 65 sena residenti Wied il-Għajn, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ bejn vettura Citroen ŻC3, misjuqa mir-raġel ta’ 65 sena u vettura Renault Megane, misjuqa minn raġel ta’ 51 mil-Latvja, residenti Santa Venera.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.