Anzjan ta’ 63 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Lunzjata, f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.