Anzjan ta’ 70 sena li jgħix Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara argument f’Ħaż-Żabbar stess, il-Ġimgħa wara nofsinhar.
L-argument seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post marru l-pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan kien involut f’argument ma’ raġel ta’ 27 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu ġewwa Ċentru tas-Saħħa u aktar tard ittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.