Pollakk ta’ 78 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fejn ittella’ l-art mitluf minn sensih.
Jidher li r-raġel ġie mgħejjun mill-għaqda tas-Salib l-Aħmar fejn membru minnhom qabeż il-baħar u oħrajn assistew sabiex ir-raġel jittella’ fuq l-art. Huma mal-ewwel tawh l-ewwel għajnuna permezz tas-CPR.
Huma baqgħu jassitu sakemm ġiet l-ambulanza, bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura,Iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrattal-Għassa Dr Astrid May Grima.